Formola tal-Applikazzjoni 

Premjijiet tal-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità 2025 

 

Data ta' skadenza: 7 ta' Frar 2025 (12.00 CET)

Jekk jogħġobkom kunu afu li:

 

  • Dan id-dokument Word huwa biss għal referenza.
  • L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi permezz ta' reġistrazzjoni online (fuq il-paġna web tal-applikazzjoni biss).
  • In-numru massimu indikat ta' karattri disponibbli għal kull tweġiba jinkludi l-ispazji.
  • Preferibbilment il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jimtlew bl-Ingliż, iżda lingwi uffiċjali oħra tal-UE jiġu aċċettati. Dawn jiġu tradotti permezz ta' traduttur awtomatiku. L-ebda lingwa oħra ma tiġi aċċettata.
  • Il-kwalità lingwistika mhix essenzjali għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħkom. Huwa l-kontenut li jistabbilixxi l-istrateġiji, il-politiki u l-inizjattivi tagħkom dwar id-diversità u l-inklużjoni li se jkun deċiżiv għall-opportunitajiet tagħkom li tirbħu l-Premju.
  • Jekk jogħġobkom iżżidux links għal materjali oħra fit-test tal-applikazzjoni. L-informazzjoni addizzjonali kollha trid titqiegħed biss fl-hemża PowerPoint b'10 slides li hi permessa. Links bħal dawn ma jiġux analizzati. 
  • Huma biss l-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà li jiġu evalwati skont il-bażi tal-kriterji tal-Premjijiet.
  • Qabel timlew il-formola, jekk jogħġobkom aqraw bir-reqqa n-Nota ta' Gwida li takkumpanjaha u r-Regoli tal-Kompetizzjoni, li huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
  • Is-Segretarjat (eudiversity_award@vo-europe.eu) hu disponibbli biex jgħinkom tiċċaraw il-mistoqsijiet tagħkom relatati mal-mili tal-formoli.